Friday, 18 October 2013

Bijografija Duminku Mintoff u Malta fi żmienu



Il-Ktieb ta' Josef Grech - Bijografija Duminku Mintoff u Malta fi żmienu

Kif kien mistenni waqt il-kampanja elettorali il-ħwienet ewlenin kellhom jibdew ibiegħu il-ktieb il-ġdid li kien imniedi fit-22 ta’ Diċembru, 2012 quddiem il-parlament, il-ktieb bijografija “Duminku Mintoff u Malta fi żmienu”, fejn dik il-ġurnata kienet timarka it-28 sena mit-tmiem tal-Perit Duminku Mintoff mill-kariga ta’ Prim Ministru ta’ Malta u Kap tal-Partit Laburista, issa wara stennija kbira, issa l-ktieb jinstab fil-ħwienet ewleni f’Malta u Għawdex. Dan il-ktieb li fih 1,024 paġna, fih ukoll numru kbir ta’ ritratti u karikaturi u għandu l-firma tal-Perit Duminku Mintoff tad-deheb fil-faċċata tiegħu.

Il-ktieb il-ġdid jitratta dwar il-ħajja tal-ġgant tal-politika Maltija Duminku Mintoff, dan il-ktieb qiegħed jagħmel ġustizzja mal-istorja. Lil Duminku Mintoff kasbruh u żebilħuh dawk stess li llum qed ifaħħruh, dawk stess li kitbu l-istorja tas-snin tat-tmexxija tiegħu bil-lenti tagħhom b’oskurità li ma tixraqx avversarju leali. Dan il-ktieb sar bħala sforz ġenwin biex jiġu addrittat dak li sar qabel biex lil Duminku Mintoff itebbgħawlu ġieħu. F’dan il-ktieb għandek issib kelmet il-Perit Duminku Mintoff, ħidmet Duminku Mintoff għall-analiżi, għall-istudju, għall-apprezzament, għall-iskrutinju tiegħek biex b’mod spassjonat u oġġettiv tasal għall-ġudizzju li bi dritt tista’ tagħmel.

Kun int l-aġent tiegħek innifsek u tħarisx lejn il-figura tal-Perit Duminku Mintoff mill-preġudizzju ta’ l-imgħoddi: studjah, ivvalorizzah, ikkritikah fejn hemm bżonn, żviluppa viżżjoni ħolistika ta’ bniedem li għalih Malta kienet tassew l-ewwel u qabel kollox.

Din il-bijografija tista’ tkun għandek wara il-bieb tad-dar tiegħek billi tibbukjah jew iċempel fuq 9999 2429 jew tibgħat e-mail fuq: jgpublishers@gmail.com għall-prezz ta’ €45.00.


Duminku Mintoff u Joseph Muscat ir-Rebħa bil-barka tal-Perit

Il-Ktieb ta' Josef Grech - Duminku Mintoff u Joseph Muscat ir-Rebħa bil-barka tal-Perit

Kull attentat biex jitqabblu l-karattri u l-operat ta‘ nies differenti, bilfors jirriżulta f‘xogħol suġġettiv. Anki dan. Hemm min jgħid li f‘Joseph Muscat jara Dom Mintoff żagħżugħ. Hemm min iqis li hemm differenzi mhux żgħar fil-karattri tagħhom. Din hija viżjoni ħafifa tat-tnejn, fil-qosor, ta‘ kif nara wħud mit tixbihat u d-differenzi ta‘ bejn Joseph Muscat u Dom Mintoff. Naħseb li naf il-karattru tat-tnejn, u nħares lejhom it-tnejn dejjem minn xi kriterji li jiena nqis bħala importanti. Missieri, li qatta ħajtu fil-politika, għallimni minn ċkuniti, li l-ikbar valur fil-poltiku, u l-iktar f‘Mexxej, għandu jkun il-lealtà. Is-sens ta‘ lealtà joffri dik il-garanzija li l-politiku se jkun fidil lejn dawk li jimxu miegħu u warajh, kemm fil-kelma u kemm fl-aġir. Minkejja l-karattru burraskuz, l-għajjat u rabja kontinwa, Mintoff kellu lealtà assoluta lejn dawk li kienu jaħdmu madwaru u lejn dawk li kienu jikkollaboraw miegħu. Joseph Muscat għandu l-istess kwalità, mingħajr l-għajjat, għax Joseph Muscat għandu karattru differenti. Huwa bniedem leali lejn il-kelma li jagħti u allura minnu l-pajjiż jista‘ jistenna dak kollu li jwiegħed.

Joseph għalija għandu dak l-għarfien tal-karattru li jħaddnu dawk kollha li jitrabbew qrib in-natura. Faċli biex japprezzaw u juru. Diffiċli biex jispiċċaw ingannati. Miftuħa għall-ideat ta‘ ħaddieħor. Kuntrarju għal dak li jaħsbu wħud, Mintoff ukoll kien jisma‘ l-ideat ta‘ ħaddieħor imma mhux li jagħti xi prosit f‘wiċċ dak li jkun. Mintoff ħalla warajh proġetti kbar, kollha ideat li ħarġu minnu personalment li bihom qiegħed is-sisien ekonomiċi tal-pajjiż. Fuq l-ideat għal pajjiżu, Joseph Muscat huwa prolifiku u għad iħalli warajh Malta moderna u wisq iktar Ewropea milli hi llum.

Kemm Mintoff u kemm Joseph jemmnu fis-separazzjoni bejn lis-Stat u l-Knisja. Fuq suġġetti partikolari li f‘Malta ta‘ żmien Mintoff kienu diviżivi bħal liġijiet li kienu jolqtu l-familja u bħad-divorzju, Mintoff kien kawt ħafna u daħħal biss iż-żwieġ ċivili li għal dak iż-żmien kien żvilupp importanti fil-ħajja tal-pajjiż. Joseph wera iktar kuraġġ fuq l-immodernizzar tal-mentalità Maltija fejn kien jirrigwarda relazzjonijet bejn nies tal-istess sess, nies transgender u d-divorzju. Stqarr twemminu bla tlaqlieq mill-ewwel ġurnata li sar Kap u bħala Prim Ministru wettaq.

Mintoff kien prodott tal-meetings pubbliċi. Quddiemu kien irid il-folol, l-eluf u bi kliemu jaħtafhom mill-ewwel mumenti u jżommhom miegħu tul id-diskors tiegħu kollu. Kien jobgħod il-midja inġenerali u t- televiżjoni b‘mod partikolari. Il-kameras kien jirreferi għalihom bħala ‖il-ħġieġa‖. ―Ma rridix noqgħod nitkellem ma‘ ħġieġa‖. Meta kien jagħmel ix-xandira tal-ewwel tas-sena, kien irid erbgħa minnha madwaru ħalli jindirizza lilna u mhux lil ―ħġieġa‖. Joseph huwa prodott tat-teknoloġija, midħla tal-midja u t-televiżjoni kellu sehem importanti fil-bidu tal-karriera tiegħu għalkemm wara studja u ‘l midja ma baqgħux iċ-ċentru professjonali ta‘ ħajtu. Il-midja, speċjalment it-Televixin, Joseph jafhom fuq ponot subgħajh u jużahom tajjeb immens. Komdu quddiem il-kameras li għalih jagħmlu sehem minn ambjent li mdorri bih. Tajjeb f‘dibattiti u preparat. Mintoff kien imur fl-istudios tat-televixin fuq xfar għajnejh imma l-preparazzjoni tiegħu kienet tkun metikoluża u twila ġimgħa sħiħa minn qabel.

Mintoff kien Nazzjonalist (fis-sens ta‘ Nazzjon) per eċċellenza u l-ebda barrani, għoli kemm kien għoli, qatt ma rnexxielu miegħu. Joseph ukoll, għandu sens qawwi ta‘ Nazzjon. Minn żgħożitu, Joseph Muscat juri sinjali ta‘ statista futur, difensur qawwi tal-interess nazzjonali ta‘ pajjiżu. It-tnejn poltiċi mimlija enerġija bid-diferrenza li Mintoff kien jippjana l-mumenti ta‘ mistrieħ ta‘ matul il-ġurnata tiegħu waqt li Joseph Muscat naħseb li għadu ma daħalx f‘dik ir-rutina u kemm bħala Kap tal-Partit Laburista u kemm bħala Prim Ministru jgħaddi minn attività wara l-oħra mingħajr waqfien.
Mintoff kien intolleranti għal kwalunke kritika. Joseph bil-maqlub. Kemm-il darba stqarr li l-kritiċi tiegħu jkunu l-ewwel li jisma‘ u li lill-kritiċi jistmahom ta‘ ħbieb. Għal Mintoff, ir-rivoluzzjonarju etern, il-konfront kien essenzjali: jew kont miegħu jew kontra tiegħu. Joseph huwa bniedem fin-natura tiegħu inklusiv, kompletament bil-maqlub ta‘ dak li kien il-mexxej storiku. It-Tnjen ngħoddhom bħala mexxejja altament demokratiċi, kull wieħed minnhom, bis-sistema tiegħu.

Mintoff kien bniedem ta‘ kuraġġ kbir, kważi sal-punt ta‘ riskju żejjed, li ġieli ġabu f‘konflitt ma‘ dawk l-iktar qribu. Kontra Mintoff ingħaqdu l-ikbar forzi ta‘ dak iż-żmien - il-Knisja, l-Partit Nazzjonalista u l-Gvern Ingliż. Flimkien rebħulu xi battalji imma hu rebħilhom il-gwerra. Id-dinja tal-lum hija dinja differenti għalkemm, fil-politika, għall-futur ma taħlifx. Diffiċli li Joseph Muscat jiġi ttestjat bl-istess mod li ġie ttestjat Mintoff għalkemm fil-politika ma teżisti l-ebda ċertezza. Jekk Joseph Muscat jasal għal dan, il-kwalitajiet pożittivi li wera s‘issa, fortifikati mis-sens ta‘ Nazzjon li jħaddan, jagħtuh il-kuraġġ biex jiffaċċja anki dan l-għawġ.

Mintoff u Joseph huma żewġ politiċi ta‘ viżjoni. Il-viżjoni, kemm ta‘ wieħed snin ilu, u kemm tal-ieħor ilbieraħ u llum, ġabret madwarha nies ta‘ kull età u minn kull naħa tal-qasma politika Maltija. Mintoff sawwar il-Malta ta‘ żmienu. Joseph Muscat għad jittrasforma dal-pajjiż, kif wiegħed hu stess, l-aqwa wieħed fl-Ewropa. Kull meta l-futur ikollu bżonn isejjaħ lilna. L-ewwel sab lil Mintoff biex iqiegħed il-pedamenti. Illum, il-bini ta‘ ġejjieni ta‘ prosperità għall-familji Maltin u Għawdxin isejjaħ lil Joseph Muscat.

Joe Grima
11 ta’ Ġunju, 2013

Duminku Mintoff u Karmenu Mifsud Bonnici



Il-Ktieb ta' Josef Grech - Duminku Mintoff u Karmenu Mifsud Bonnici

Meta l-awtur Josef Grech ghogbu jistedinni biex nikteb id-dahla ghal dan il-ktieb, staqsejt lili nnifsi, “ jien minn jien biex nikteb dwar dawn iz-zewg kolossi enormi tal-politika Maltija?” Verament jekk nahsel nikteb dwarhom, mhux dahla insib x’nikteb, izda volumi kbar.

Dwar il-Perit Duminku Mintoff diga’ nkiteb bosta, inkluz l-istess awtur ta’ dan il-ktieb. Ghalhekk ma nhossnix li ghandi nidhol fil-hajja politika tieghu. Bhala politikant kulhadd jaf sew x’kapacitajiet kellu. Taqbel jew ma taqbilx mieghu, kien l-akbar politiku patrijott li qatt kellu pajjizna. Nafu li l-vizjoni tieghu kienet biss li jaghmel gid lil pajjizu, tant li gab fis-sehh il-holm ta’ Mikiel Anton Vassalli u Manwel Dimech. Bidel lil pajjizna minn skjav tal-barrani ghal gens hieles. Fuq kollox hajtu kienet ispirata minn l-Akbar Personalita’ li qatt rat id-dinja, Sidna Gesu Kristu.

Il-Perit Mintoff bla daqq ta’ trombi, mexa fuq il-passi ta’ Kristu billi meta kellu s-setgha f’idejh, ha hsieb li jisqi lil min kien bil-ghatx, tema lil min kien bilguh, libbes lil min kien gharwin, u ta saqaf lil min ma kellux. Il-wirt li halla warajh ghadna ngawduh sallum, u l-mod kif bena s-servizzi socjali, zgur li hadd ma jista’ jhotthom ghax inkellha jsib warajh l-ghadab tal-poplu.  

Kelli x-xorti li nsegwih minn mindu kont ghadni tfajjel. Dejjem nattendi l-Mass Meetings tieghu, u aktar nipprova nirrikordja dak li jghid halli wara nerga’ nisimghu,  nixtarru sewwa, u nitghallem minnu. Kelli x-xorti wkoll li nahdem bhala “Securtiy” mieghu meta kont ghadni fis-servizz. Hemm sirna nafu lil xulxin aktar u meta fl-2002, flimkien ma’ l-Avukat Karmenu Mifsud Bonnici twaqqaf il-Front Maltin Inqumu, kont wiehed mill-membri tal-kumitat li kienu jmexxu dawn iz-zewg Kolossi. Bqajt mieghu sa’ l-ahhar nifs ta’ hajtu.

Il-memorji tieghu huma sbieh, specjalment tal-hajja privata tieghu. Bosta jghidu li kien persuna stamba u supperva, u jiddejqu minnu ghax kien jghajjat. Fil-verita’ ghall-ewwel jien ukoll hassejtu dan, izda meta nnutajt il-kwalitajiet sbieh li kellu, iddecidejt li nidrah. U ghamilt sewwa, ghax minn ghandu tghallimt bosta affarijiet sbieh. Tghallimt naghder, tghallimt inhobb liz-zghir, tghallimt nahfer, u fuq kollox tghallimt li ma nhalli lil hadd jahseb li hu kapaci jaghmilni tapit tieghu.

Kien ihobb u japprezza dak li jsir tajjeb minn dawk ta’ madwaru, izda zgur tippretendix il-prosit minn ghandu. Anzi jghidlek biex tahdem aktar u tistinka aktar. Wiccu kien dejjem dahkan. Ir-rabja tieghu dejjem kienet tal-mument, u wara ftit qisu ma gara xejn. Jargumenta mieghek u wara ftit jistaqsik jekk hadtx ghalik ! Kont tghidlu li ma tkunx tiflah, u hu jinsisti li m’ghandek xejn u li tkun qieghed tghaggibhom, izda meta ma jarakx. jistaqsi ghalik halli jara kif int u jekk ghandekx bzonn xi haga. Kelma zejda ma tohrogx minn fommu, anzi tkun ferm meqjusa. Qabel imidd riglejh jassigura ruhu li ser ikunu fis-sod. Uhud kienu jghodduh ta’ xhih, izda dan il-karattru kien biss fejn jidhol pajjizu, ghax dejjem ried li jarah sod finanzjarjament. Fil-hajja privata kien jaqsam il-ferh li kellu ma dawk ta’ madwaru. Jekk trid tara rispett minn ghandu, waqt hin ix-xoghol kelmu biss fuq xoghol u xejn aktar, u waqt il-hin hieles tieghu, erhilu jivvinta c-cajt. L-ors tieghu kien jirrankonta fuq kollox. Meta jaqbad jitkellem dwar haga, jiskanta lil kulhadd kemm kien ikun ippreparat. L-istorja tad-dinja kienet go mohhu qisa kienet stampata fuq enciklopedija. Izomm amment fuq kollox, u meta jitkellem ma kellux bzonn ihares lejn xejn, anzi kien jobghod jipprova jikkonsulta ma’ xi notamenti waqt li jitkellem. Fi ftit kliem kien spontanju.

L-Avukat Karmenu Mifsud Bonnici wkoll kelli x-xorti u l-unur li nkun qribu. Niftakru jahdem bhala Avukat fil-Qorti. Kont nisthajlu Avukat tal-fqar, jiddefendi persuni li ma kienux jifilhu jhallsu ghad-difiza taghhom. Sincerament niddubita minn kien ihallas l-spejjes tal-Qorti u l-multi li jehlu il-klijenti, jekk hux il-klijent stess jew hu !

Meta nhatar Ministru fil-Kabinet tal-Gvern ta’ Mintoff u wara Prim Ministru, kelli x-xorti wkoll li hdimt ghal xi zmien mieghu bhala security, dan qabel jien inhtart Surgent fl-1984. Spicca minn Prim Ministru u sar Kap ta’ l-Oppozizzjoni fl-1987, hemm sar aktar attiv fil-Malta Labour Party, u kellu ghal qalbu wisq id-dipartiment tal-kultura u spiss konna niltaqghu f’attivitajiet tal-Pom Pom Girls u WardaKanta. Dak iz-zmien kelli tlett itfal jiehdu sehem f’dawn l-attivitajiet. Kien japprezza kull sforz li ahna bhala genituri konna naghmlu.

Meta sirt nafu ahjar lil Dr. Karmenu Mifsud Bonnici, ikkonfermajt ghaliex il-Perit Mintoff kien tant ihobbu, li poggih bhala successur tieghu. L-Avukat Mifsud Bonnici rajt fih irgulija li ma jxekkilha hadd. Persuna li jaghtik qalbu bla kundizzjoni. Jghin lil min ikun fil-bzonn bla ma jhares lejn wiccu jew lewnu. Kelma zejda qatt ma smajt minn fommu, anzi pjuttost nieqsa. Persuna li tisma’ lil kulhadd, irrelevanti mill-kariga tieghu. Jisma’ l-kbir u jisma’ z-zghir. Ghalih ma tghaddi differenza xejn bejn dak jew l-iehor.

Milli nafu jien, anke jekk forsi ma taqbilx mieghu f’dak li jghid, zgur li ma tghidlux “le”, ghax thares lejh biss ukoll tisthi tmerih. Bl-ezempji siekta li jaghti, jghallmek tittollera lil dak li ma taqbilx mieghu. Il-kritika tieghu hija tant fina u meqjusa lil min tkun indirizzata, ma twegghux jew turtah.

Il-hidma li wettaq meta kien Ministru ta’ l-Edukazzjoni, fir-rigward il-kwistjoni ta’ l-iskejjel tal-knisja, wera kemm verament ghandu ghal qalbu lil haddiem u lil ulied il-haddiema.  Bhala Prim Ministru, 1984–1987, ikkonferma kemm habb il-haddiem ghax il-prijorita’ tieghu kienet li jara lil kulhadd jahdem. Ix-xoghol kien il-qofol ghalih, ghax jemmen li b’hekk biss il-haddiem jgholli rasu ‘l fuq. Emenda il-Kostituzzjoni halli jara li ma jkunx hawn dizgwid fil-pajjiz dwar il-ligi Elettorali, u dahhal il-kuncett tan-Newtralia’ u n-Non Allinjament ta’ pajjizna. Bhala kap ta’ l-Oppozizzjoni 1987 – 1992, hadem kemm felah biex fl-ahjar abilta’ tieghu jkompli jaghmel il-gid lill-haddiem. Meta l-Gvern Nazzjonalista ta’ 1987 beda jhott dak kollu li kien inbena minn Gvernijiet Laburisti ta’ qabel, l-Avukat Karmenu Mifsud Bonnici mexxa l-Kampanja Helsien Nazzjonali biex jipprova ma jhallix dan isehh.

Fl-2002, iz-zewg kolossi tal-politika maltija, Dom Mintoff u Karmenu Mifsud Bonnici, regghu nghaqdu u flimkien waqqfu l-“FRONT MALTIN INQUMU”. Minkejja l-eta’ kbira li kellu il-Perit Mintoff, u L-Avukat Karmenu Mifsud Bonnici ma kienx zghir lanqas, ghamlu hilithom biex jippruvaw jikkonvincu lill-maggoranza tal-poplu Malti biex fir-Referendum tat-8 ta’ Marzu 2003 dawn ma jivvutax “IVA” ghal shubija shiha fl-Unjoni Ewropeja, , ghax kienu jafu li b’hekk kien ser ikun ta’ hsara kbira ghal pajjizna. Sfidaw l-elementi tan-natura sew dwar kesha jew shana.

B’kollox il-Front Maltin Inqumu organizza erba’ u sittim meeting pubbliku, dawn kienu:

1] Twaqqif tal-Front Maltin Inqumu            : Smash TV    23 ta’ Settembru 2002
2] Fuq programm “Xarabank”                     : Bormla              4 ta’ Ottubru 2002
3] il-Misrah                                               : Zejtun               26 ta’ Ottubru 2002
4] Pjazza San Frangisk                               : Qormi               11 ta’ Novembru 2002
5] Misrah il-Parrocca                                  : Rabat                22 ta’ Novembru 2002
6] il-Lazy Corner                                       : Sliema              10 ta’ Jannar 2003
7] Fejn il-venda tal-linja                             : l-Isla                 17 ta’ Jannar 2003
8] it-Tokk                                                 : Rabat Ghawdex    26 ta’ Jannar 2003
9] Fejn il-Klinika                                       : Rahal Gdid        31 ta’ Jannar 2003
10] Misrah ir-Rebha                                   : Naxxar              7 ta’ Frar 2003
11] Hdejn is-Ship Building                         : Marsa                11 ta’ Frar 2003
12] Pjazza                                                 : Birgu                14 ta’ Frar 2003
13] Tal-Qroqq                                           : L-Universita’     18 ta’ Frar 2003
14] Pjazza Spinola                                     : San Giljan         19 ta’ Frar 2003
15] Pjazza San Pawl [ Fra Diegu]                : Hamrun             22 ta’ Frar 2003
16] Misrah il-Parrocca                                : Hal Luqa           24 ta’ Frar 2003
17] Fil-Bajja s-Sabiha                                 : Birzebbugia       25 ta’ Frar 2003
18] Fil-Misrah                                           : Zabbar              26 ta’ Frar 2003
19] Max-Xatt                                             : MarsaScala        27 ta’ Frar 2003
20] Fejn il-Knisja                                       : Ghaxaq             28 ta’ Frar 2003
21] Triq Mensija                                        : San Gwann        1 ta’ Marzu 2003
22] Quddiem il-Knisja                                : Zurrieq              15 ta’ Marzu 2003
23] Triq Steward                                        : Gzira                17 ta’ Marzu 2003
24] Kafe Riche                                          : Bormla              18 ta’ Marzu 2003
25] Fejn il-Knisja                                       : Tarxien             19 ta’ Marzu 2003
26] Misrah il-Knisja                                   : Mellieha            20 ta’ Marzu 2003
27] Fejn il-Kapuccini                                 : Kalkara             21 ta’ Marzu 2003
28] Misrah San Filep                                  : Zebbug              22 ta’ Marzu 2003
29] Vjal il-Kottoner                                   : Fgura                24 ta’ Marzu 2003
30] Pjazza Mattia Preti                               : Il-Belt               25 ta’ Marzu 2003
31] Misrah Giovanni Abela                         : Marsa                26 ta’ Marzu 2003
32] Fejn l-Ursolini                                     : G’Mangia          27 ta’ Marzu 2003
33] Fejn il-Bazilika                                    : B’Kara              28 ta’ Marzu 2003
34] Fejn il-Kamerata                                  : Il-Belt               29 ta’ Marzu 2003
35] Ix-Xatt                                                : MarsaXlokk       1 ta’ April 2003
36] Fejn il-Kazin tal-MLP, San Bastjan        : Qormi               2 ta’ April 2003
37] Triq il-Miratur                                     : Floriana            3 ta’ April 2003
38] Pjazza Rotunda                                    : Mosta                4 ta’ April 2003
39] Il-Misrah                                             : Gudja                7 ta’ April 2003
40] Fejn il-Kazin tal-MLP                           : Siggiewi            8 ta’ April 2003
41] Fejn il-Kazin tal-MLP                           : Qrendi              9 ta’ April 2003
42] Misrah                                                : Zejtun               21 ta’ April 2003
43] Tal-Hawli                                            : Birgu                5 ta’ Mejju 2003
44] Fejn il-Kazin tal-MLP San Bastjan         : Qormi               13 ta’ Mejju 2003
45] Il-Bajja s-Sabiha                                  : Birzebbugia       30 ta’ Mejju 2003
46] Ix-Xatt                                                : MarsaScala        20 ta’ Gunju 2003
47] Fejn il-venda tal-Linja                          : L-Isla                27 ta’ Gunju 2003
48] Fil-Pjazza                                            : Bugibba            12 ta’ Lulju 2003
49] Programm “Joe Grima Live”                 : Net TV              22 ta’ Ottubru 2003
50] Programm ta’ Diskussjoni                     : Smash TV         24 ta’ Ottubru 2003
51] Fejn il-Monument tal-Helsien                : Birgu                17 ta’ Dicembru 2003
52] Pjazza Helsien                                      : Il-Belt               27 ta’ Jannar 2004
53] Fejn il-Palazz tal-President                    : il-Belt               31 ta’ Marzu 2004
54] Triq il-Wied                                        : Mosta                10 ta’ Mejju 2004
55] Pjazza San Frangisk                              : Qormi               13 ta’ Marzu 2004
56] Pjazza San Pawl [ Fra Diegu]                : Hamrun             20 ta’ Mejju 2004
57] Fejn il-Klinika                                     : Rahal Gdid        26 ta’ Mejju 2004
58] Triq Cameron                                      : Gzira                28 ta’ Mejju 2004
59] Il-Bajja s-Sabiha                                  : Birzebbugia       1 ta’ Gunju 2004
60] Fil-Pjazza                                            : Birgu                3 ta’ Gunju 2004
61] Triq il-Miratur                                     : Floriana            5 ta’ Gunju 2004
62] It-Tokk                                               : Rabat Ghawdex 7 ta’ Gunju 2004
63] Misrah il-Parrocca                                : Luqa                 9 ta’ Gunju 2004
64] Pjazza Mattia Preti                               : Il-Belt               10 ta’ Gunju 2004

Meta wiehed ihares lejn din il-lista twila ta’ meetings fi zmien hekk qasir, ma jistax ma jasalx ghall-konkluzjoni ta’ kemm stinkaw dawn iz-zewg Ex Prim Ministri Socjalisti Maltin. Illum disgazzjatament il-Perit Mintoff m’ghadux maghna, izda L-Avukat Karmenu Mifsud Bonnici ghadu attiv tant li rega’ ha f’idejh il-Kampanja Helsien Nazzjonali, u fl-eta sabiha ta’ tmenin sena, ghadu jispirana bl-entuzjazmu tieghu li jixtieq jerga’ jara lil pajjizna Indipendenti u Hieles. Qieghed jahdem mhux ftit biex pajjizna jerga’ jhaddan politika ta’ Newtralita’ u Non Allinjament. Jixtieq jerga’ jara lil pajjizu ndipendenti u hieles kif hallieh hu. Hidma li mhux facli li xi hadd iwettaq meta fl-istess mumenti jkollu halel kbar kontrih.

Mill-ftit esperjenza li ghandi, fil-qosor niddiskrivi li dawn iz-zewg personaggi storici hekk: Dom Mintoff bhala l-akbar patrijott u negozjatur li qatt ma jerga’ jkun hawn bhalu. Meta titolbu xi haga jittratieni biex jaghtihielek, u meta fl-ahhar jaghtihiliek ikun cert li mhux ser tkun ta’ xkiel ghal pajjizu, izda taghha tkun trid thallas prezz ferm gholi milli jkun jiswa dak li tak. Persuna li ghalkemm ma kellu bzon xejn u lil hadd, ta’ hajtu ghax-zghir u ghall-art twelidu.

Lil Avukat Karmenu Mifsud Bonnici, persuna li meta tiddiskrivih bhala “Qalb tad-Deheb” ma jkunx biz-zejjed, ghalija qalbu hi djamant ahmar.  Fis-skiet tieghu jipprova jaghtik qalbu halli tghix int. F’ mohhu ghandu biss, li l-haddiem ikollu x-xoghol u b’hekk jghix hajja dicenti. Izda fuq kollox ghandu determinazzjoni li ma tkissirha bl-ebda mod. Ebda hajt, ebda ostaklu, kbir kemm hu kbir, mhu ser izommu li jasal ghal dak li jemmen fih. Id-determinazzjoni tieghu hija nkredibbli. Biex jasal ghall-mira tieghu, Mintoff kien ifittex u jsallab diversi toroq, izda Karmenu jibqa’ jisfronda kull ma jigi quddiemu, sakemm jasal.

Minn hawn jien nixtieq sincerament nizzik hajr lil dawn iz-zewg missirijiet kbar, tat-taghlim li ghogobhom jghadduli. Tal-gid li wettqu tul hajjithom, li minnu gawda l-poplu Malti kollu.

Il-Perit Mintoff u l-Avukat Karmenu Mifsud Bonnici ifakkruni fil-kolonni tat-tempju tal-Farizej. Dawn iz-zewg kolonni kienu jzommu wieqaf dan it-tempju majestuz , izda kif garrafhom Sansun, it-tempju kkrolla u radam lil min kien fih. Hekk gralu pajjizna minn meta spiccaw huma mix-xena politika. Sfaxxa dak kollu li nbena bit-tmexxija taghhom u bis-sagrificci tal-haddiem Malti, u sofra biss il-poplu Malti kollu. Mat-tmiem it-tmexxija taghhom, pajjizna rega’ lura fiz-zmien u llum ghal-darba ohra rega’ jinsab mahkum mill-gdid taht it-takkuna tal-barrani, dik ta’ l-Unjoni Ewropeja. Izda z-zerriegha li huma t-tnejn zerghu, bosta minna ffjorixxiet, u hadd u xejn mhu ser iwaqqaf jew ifixkel li nibqghu nhaddnu l-ghajta ghaziza taghhom, li GHALINA MALTA TIBQA’ DEJJEM TIGI L-EWWEL U QABEL KOLLOX.


Dedika liz-Zewg Ex Prim Ministri, il-Perit Dom Mintoff u
l-Avukat Karmenu Mifsud Bonnici

Vince Arnaud