Friday, 18 October 2013

Malta Ittraduta


Il-Ktieb Malta Ittraduta - Dom Mintoff

Meta ddeċidejt li nippublika dan il-ktejjeb ma kelli l-ebda ħsieb li nivvendika ruħi. L-istorja tiddisprezzah il-ġlied ta’ importanza ċkejkna u m’għandha l-ebda interess fil-motivi personali tal-bniedem. Is-sur V. de Gray ikollu jiġġustifika għemilu mal-istess kuxjenza tiegħu u ħadd m’għandu jidħol bejniethom.

L-iskop tiegħi hu li nuri lill-poplu Malti kemm għandna dejjem noqgħodu attenti biex inħarsu d-drittijiet tagħna. Ma’ tul tliet snin fil-ħakma aħna qatt ma nqasna li niġġieldu sabiex inkunu nistgħu niggvernaw lilna nfusna mingħajr indħil barrani. U hekk inkomplu nagħmlu fis-snin li ġejjin. Jekk jirnexxielniex jew le jiddependi mis-sagrifiċċji li aħna lesti nagħmlu. Iżda aħna żguri minn ħaga waħda. Il-libertà qatt ma joffruhielek bl-imgħarfa. Il-libertà bil-ġlied trid tintrebaħ.


 Dom Mintoff
      Tarxien 
5 ta’ Mejju, 1958.

Dan il-ktieb li kiteb Duminku Mintoff għandu ukoll cd li tfakkar is-sena 1958

No comments:

Post a Comment