Il-Ktieb ta' Josef Grech - Bijografija Duminku Mintoff u Malta fi żmienu
Kif kien mistenni waqt
il-kampanja elettorali il-ħwienet ewlenin kellhom jibdew ibiegħu il-ktieb il-ġdid
li kien imniedi fit-22 ta’ Diċembru, 2012 quddiem il-parlament, il-ktieb bijografija “Duminku Mintoff u Malta fi
żmienu”, fejn dik il-ġurnata kienet timarka it-28 sena mit-tmiem tal-Perit
Duminku Mintoff mill-kariga ta’ Prim Ministru ta’ Malta u Kap tal-Partit
Laburista, issa wara stennija kbira, issa l-ktieb jinstab fil-ħwienet ewleni
f’Malta u Għawdex. Dan il-ktieb li fih 1,024 paġna, fih ukoll numru kbir ta’
ritratti u karikaturi u għandu l-firma tal-Perit Duminku Mintoff tad-deheb
fil-faċċata tiegħu.
Il-ktieb il-ġdid jitratta dwar il-ħajja tal-ġgant
tal-politika Maltija Duminku Mintoff, dan il-ktieb qiegħed jagħmel ġustizzja
mal-istorja. Lil Duminku Mintoff kasbruh u żebilħuh dawk stess li llum qed
ifaħħruh, dawk stess li kitbu l-istorja tas-snin tat-tmexxija tiegħu bil-lenti
tagħhom b’oskurità li ma tixraqx avversarju leali. Dan il-ktieb sar bħala sforz
ġenwin biex jiġu addrittat dak li sar qabel biex lil Duminku Mintoff
itebbgħawlu ġieħu. F’dan il-ktieb għandek issib kelmet il-Perit Duminku
Mintoff, ħidmet Duminku Mintoff għall-analiżi, għall-istudju,
għall-apprezzament, għall-iskrutinju tiegħek biex b’mod spassjonat u oġġettiv
tasal għall-ġudizzju li bi dritt tista’ tagħmel.
Kun int l-aġent tiegħek innifsek u tħarisx lejn il-figura
tal-Perit Duminku Mintoff mill-preġudizzju ta’ l-imgħoddi: studjah,
ivvalorizzah, ikkritikah fejn hemm bżonn, żviluppa viżżjoni ħolistika ta’
bniedem li għalih Malta kienet tassew l-ewwel u qabel kollox.
Din il-bijografija
tista’ tkun għandek wara il-bieb tad-dar tiegħek billi tibbukjah jew iċempel
fuq 9999 2429 jew tibgħat e-mail fuq: jgpublishers@gmail.com għall-prezz ta’ €45.00.
No comments:
Post a Comment