Il-Ktieb ta' Dom Mintoff - Malta ssofri ma ċċedix
Dawn id-dokumenti nqraw minn fuq ir-Rediffusion nhar
il-21 ta' April, 1958. Nafu biżżejjed għaliex
xi gazzetti hekk imsejħa Nazzjonali ma ippubblikawhomx.
Lanqas kien hemm xi attentat raġonevoli mill-Gvern
Ingliż biex forsi japprovaw li ‘stand' li ħadu ma' tul dawn l-aħħar xhur. Għal
kuntrarju dak li ħasbu fih kien biss kif jiċħdu 1-kawża tal-qagħda inċerta tal-lum
ġejja mill-id magħluqa tagħhom għall-ammont ta' kontribuzzjoni lil Malta għas-sena
1958-59.
Billi m'għandomx fuqiex jitfgħu t-tort qegħdin
iwaħħlu li l-kriżi preżenti ġejja mir-Riżoluzzjoni li ġiet mgħoddija
unanimament mill-Assemblea Leġislativa fit- 30 ta’ Diċembru 1957. Il-Ministri
tar-Renju Unit, għax hekk jaqblilhom, jinsew li f’Marzu ta’ din is-sena,
is-Segretarju ta1-Istat għall-Kolonji kien qal lid-delegazzjoni Maltija
f’Londra biex iħallu għaddejja din ir-riżoluzzjoni, basta jaċċettaw is-somma
ta' £5,000,000 bħala kontribuzzjoni tal-Ingilterra lil Malta għal din is-sena finanzjarja.
Għalkemm il-Malta
Labour Party għadhom iżommu maġġoranza qawwija fil-Parlament ta' Malta, il-Gvernatur
qiegħed malajr malajr ifittex Gvern tal-pupi. Nittamaw li l-attentati tiegħu
jispiċċaw fix-xejn.
DOM
Auberge
D'Aragon
23.4.58
No comments:
Post a Comment