Friday, 18 October 2013

Mintoff u Sant

Il-Ktieb ta' Josef Grech Mintoff u Sant


Fil-Birgu ġie mniedi il-ktieb Mintoff u Sant

Kien fl-istess post fejn nhar it-Tlieta 9 ta’ Ġunju 1998 Dr. Alfred Sant Prim Ministru u Mexxej tal-Partit Laburista indirizza dik li hu sejjaħ konferenza tal-aħbarijiet fix-Xatt tal-Birgu li għaliha, barra l-Grupp Parlamentari u l-Eżekuttiv Laburista kienu preżenti mijiet ta’ partitarji Laburisti. Intgħażel l-istess post biex ġie mniedi il-ktieb ġdid ta’ Josef Grech bl-isem Mintoff u Sant.

Josef Grech qal l-istorja ta’ pajjiżna, bis-sabiħ u l-ikrah tagħha, hi bħal għanja li toħroġ mill-fond
ta’ qalbu, bħalma hi l-poeżija għall-poeta, il-mużika għall-kompożitur, għalkemm il-liġijiet li jibnuha huma bil-bosta differenti. Josef Grech qal li seta joħroġ għad-dawl din il-ġrajja ta’ dak li ġara bejn 1996 u 1998 fejn l-Perit Duminku Mintoff stess li kien jogħqod jirrakkonta dak li għadda minnu fejn f’dawk iż-żminijiet il-Perit Duminku Mintoff kien abbandunat min kulħadd kif ukoll minsi, lanqas biss stajt issemmih fuq il-mezzi tax-xandir. Josef Grech kien wiegħed lill-Perit Mintoff li joħroġ il-ġrajja ta’ dak li ġara fi ktieb, u Josef Grech qal li xtaq kieku l-Perit Mintoff ra din il-publikazzjoni qabel ma’ miet, imma l-aqwa li wettaq dak li kien wiegħed lill-perit, kompla jgħid l-awtur.

Kien hawn ħafna nies li qalu ħafna affarijiet, imma min vera kien jaf x’ġara jew x’ried jiġri eżatt? Irrid jaqra l-fatti li Josef Grech ħass li għandu jpennen biex joħroġ din il-ġrajja għad-dawl, biex verament ikun sar ħaqq għal dak il-bniedem li vera kellu raġun.

Dan il-ktieb sar bħala sforz ġenwin biex jiġi addrittat dak li sar qabel biex lil Duminku Mintoff itebbgħawlu ġiehu. F’dan il-ktieb għandek issib kelmet il-Perit Duminku Mintoff u kelmet Dr. Alfred Sant, ħidmet Duminku Mintoff u ħidmet Alfred Sant għall-analiżi, għall-istudju, għall-apprezzament, għall-iskrutrju tiegħek biex b’mod spassjonat u oġġettiv tasal għall-ġudizzju li bi dritt tista’ tagħmel.

Tkelmu ukoll Dr John Zammit fejn qal li huwa kien serva bħala medjatur bejn Duminku Mintoff u Alfred Sant kif kien għamel missieru Ġuzeppi Zammit bejn Pawlu Boffa u Duminku Mintoff. Wara tkellem ukoll is-Sur Vince Arnau fejn qal li wara din il-ġrajja rajna kif Prim Ministru u kap ta’ partit, tilef elezzjoni ġenerali waħda wara l-oħra sakemm irreżenja minn mexxej tal-istess partit. Fuq in-naħa l-oħra rajna ex-mexxej tal-istess partit u ex-Prim Ministru, li għal erbatax-il sena sħaħ ħassu mwarrab u skartat mill-istess partit li hu ta’ ħajtu għalih u għal pajjiżu. Dan kollu konfermat minn kliemu stess li b’għafsa ta’ qalb stqarru fiż-Żurrieq, nhar il-15 ta’ Awwissu 2003, meta qal:

DAN IL-PARTIT LI ĦLEJT ĦAJTI GĦALIH, DAN IL-PARTIT LI ĦALLASNI BL-AKBAR KEFRIJA FIS-SNIN LI GĦADDEW, LI QATT MA SOFREJT LA MILL-INGLIŻI U LANQAS MILL-BARRANI, U ANQAS MILL-KNISJA TA’ HAWNHEKK, LI MINN KOLLOX GĦAMLET BARRA L-KEFRIJA LI GĦAMLULI HUMA

Minn din il-ġrajja l-ħaddiem Malti għandu jieħu tagħlima. Meta kien mifrud dejjem qala’ fuq rasu minn dawk li stanaw minn demmu. Meta ngħaqad għamel kisbiet kbar u sar Ġens Ħieles. U fis-sitwazzjoni tal-lum mill-ġdid għandu jerġa’ jqum, jerġa’ jieħu t-tmun tal-pajjiż f’idejh, jerġa’ jħaddan ma sidru l-bandiera bajda u ħamra, u jerġa’ joħroġ minn qalbu dik l-għajta li kien jgħajjat qabel li għalih MALTA TIĠI L-EWWEL U QABEL KOLLOX.

Il-Ktieb li fih 336 paġna u fih numru kbir ta’ ritratti, kif ukoll karikaturi ta’ Duminku Mintoff u Alfred Sant. Il-ktieb huwa publikazzjoni ta’ J G Publishers, hu huwa mqassam f’22 Kapitlu eżatt kemm dam Dr. Alfred Sant Prim Ministru ta’ Malta.

Dan il-ktieb tista’ tixtrih billi ċċempel fuq 9906 1916 jew tibgħat e-mail fuq: jgpublishers@gmail.com jew mill-ħwienet ewlenin f’Malta u Għawdex.

No comments:

Post a Comment