IL-KOMUNIŻMU
Il-Komuniżmu ma jemminx
bil-libertà li għandu jkollu kulħadd għat-twemmin tiegħu. Il-Komuniżmu jemmen
fiċ-ċensuri, jemmen illi l-bniedem għandu jaqra dak li jħallih l-istat. Il-Komuniżmu
ma jasalx għal-libertà tal-kuxjenza għax jemmen f’partit wieħed.
U meta aħna nenunċjaw dan
il-prinċipju, aħna ma nkunux qegħdin nenunċjawhom biss kontra dawk li llum
ippruvaw ikissru l-Moviment tagħna u ma rnexxilhomx, imma anke kontra l-oħrajn,
ta’ wara l-Purtiera tal-Ħadid, li aħna mhux nikkumbattuhom billi noqogħdu
ngħajruhom, imma billi ngħidulhom “Aħna nemmnu f’ċiviltà aqwa minn tagħkom;
aħna nemmnu fi prinċipju aqwa minn tagħkom; jekk intom tiġu taqblu bħalna aħna
ngħixu id f’id, imma jekk intom ma taqblux fuq dawn il-prinċipji aħna niġġildulkom
bl-istess qawwa li llum qed niġġieldu lil ħaddieħor.”
Hawn hi l-forza
tal-Moviment tagħna; il-forza li bil-libertà intelletwali, bl-integrità
spiritwali, l-integrità li l-bniedem tagħtih forza aktar minn kwalunkwe arma
nukleari. Bis-saħħa spiritwali tagħna kapaċi nirreżistu kwalnkwe arma
materjali.
No comments:
Post a Comment